Ambjent Lokali

Il-Gvern Laburista għandu jkun ċar mal-bdiewa li se jittiħdilhom ir-raba’ – Edwin Vassallo

“Hija sitwazzjoni tal-biża’ li Ministru Laburista jaċċetta li hemm il-pjan li raba fl-inħawi tal-Magħtab tittieħed għal-landfill u li l-bdiewa jkunu mkeċċija mir-raba li ilhom tant snin jaħdmu. Dan filwaqt li pajjiżna issa se jkollu jżid l-art li fiha se ssir il-miżbla, b’aktar raba trid tagħmel il-wiesa’ għall-miżbla, f’dik li hi engineered landfill.” 

Tenna dan fi stqarrija Edwin Vassallo, Kelliem tal-Oppożizzjoni għass-Self Employed, in-Negozji ż-Żgħar, l-Koperattivi, l-Biedja u s-Sajd. Hu qal li dawn m’humiex miri ċari xejn, ħlief pjan biex xi ħadd jew xi wħud jispiċċaw igawdu finanzjarjament minn dan il-pjan. “Il-Gvern Laburista għandu jgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet li skont il-Ministru Laburista jidhru tant definiti u ċari, iżda għad irid jara il-pjan finanzjarju tagħhom. Dan huwa l-ikbar skandlu ambjentali “in the making“”

“Hawn għandna l-Gvern Laburista jwettaq abbuż mill-bdiewa u l-valur ambjentali tar-raba’ li se tintilef. F’sitwazzjoni fejn għandna  Gvern li qed jammetti li falla fil-politika ambjentali tiegħu għaliex issa l-bdiewa, l-istess Gvern qed jgħidilhom il-kuntrarju ta’ dak li kien qed jgħid. Tal-mistħija. Din hi raba li m’għandiex tintmess.” temm Edwin Vassallo