Lokali

Il-Malti abbord l-MS Westerdam jinsab f’pajjiżna taħt kwarantina

Ritratt: Business Insider

Il-Malti li kien abbord il-cruise liner MS Westerdam finalment inġieb lura Malta wara li fuq il-vapur kien hemm tixrid tal-Coronavirus.

Fi stqarrija ingħad li persuna Maltija preżentament qed tinżamm taħt kwarantina fejn saru testijiet fuqha, liema eżamijiet fortunatament irriżultaw fin-negattiv.

Iż-żewġ persuni oħra li nġiebu minn fuq l-istess vapur għadhom taħt kwarantina wkoll u fortunatament ma wrew l-ebda sintomi tal-virus.