Lokali

Jingħata bidu għall-Karnival 2020

Kuluri, żfin, mużika, karrijiet, maskli, kostumi, ċajt, blugħa, ikel, u divertiment. Minn tfal sa anzjani. Maltin u barranin…ilkoll f’ċelebrazzjoni waħda.

Il-Ġimgħa wara nofsinhar ingħata bidu għall-karnival fil-Belt Valletta b’attivitajiet li jibqgħu għaddejjin sat-Tlieta bil-lejl.

Il-programm tal-Ġimgħa ra l-ftuħ tal-kompetizzjonijiet mill-kumpaniji taż-żfin, bil-qofol jintlaħaq fi Pjazza San Ġorġ.

Dan huwa biss il-bidu tal-Karnival għal din is-sena, f’temp li mistenni jkun favorevoli immens.

Is-Sibt filgħodu jsir il-famuż Karnival tat-Tfal, filwaqt li l-Ħadd hemm programm sħiħ ta’ attivitajiet li jestendu ankè sal-Ħamrun.

Il-Karnival jagħlaq bil-Gran Defile fi Strada Sant’ Anna fil-Floriana nhar it-Tlieta li ġej, biex imbgħad mill-Erbgħa nibdew il-perjodu tar-Randan….żmien qaddis għall-Knisja Kattolika, li jwassalna sa Ħadd il-Għid.