Lokali

Keith Schembri imdeffes ukoll fil-bejgħ tal-isptarijiet

Zvelat illi l-eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, kien prezenti ghall-ewwel laqgha mal-VGH dwar il-privatizzazjoni tal-isptarijiet – kuntratt illi sa mill-ewwel gurnata tieghu qamu diversi domandi dwaru, u li sal-lum ghadu fic-centru ta’ diversi kontroversji.

Waqt il-programm ‘Fid-Dettall’ fuq Net TV, prezentat minn Louise Tedesco, it-tabib Matin Balzan zvela li sa mill-bidu nett li bdiet tinhema din l-idea tal-bejgh tal-isptarijiet….kien hemm imdahhal Keith Schembri. Tant hu hekk li ftit wara li tneħħa Godfrey Farrugia minn Ministru tas-Saħħa u postu ittieħed minn Konrad Mizzi, il-MAM issejħet għal laqgħa fejn kienu mgħarrfa b’dan id-deal. F’dik l-ewwel laqgħa kien hemm ukoll Keith Schembri







.

Martin Balzan qal li fit-tieni laqgħa tfaċċa Ram Tumuluri u mill-ewwel kienu ġibdu l-attenzjoni tal-Ministru li dan ma kien jaf xejn dwar kif imexxu sptarijiet.

Id-deputat Stephen Spiteri, li ukoll ha sehem f’dan il-programm,  sostna li issa ghandna konferma li Vitals kienu biss struttura finanzjara minghajr ebda esperjenza fil-qasam tas-sahha. Din il-kumpanija ma kellha l-ebda sahha finanzjara u minn dak li weghdu li ser jaghmlu… m’ghamlu assulutament xejn – kif jidher car mill-filmati esklussivi li zvela l-Hamis dan l-istazzjon, tat-telqa li hemm f’St Luke’s.

Minkejja dan, minflok li l-gvern hassar il-kuntratt, halla lil Vitals ibieghu kollox lil Stewards li issa qed jitolbu €4 miljuni minghand il-gvern biex ihalsu il-haddiema taghhom. U quddiem dan l-iskandlu kollu, anke l-Ministru tal-Finanzi jibqa’ jfarfar.