Lokali

Libjan arrestat wara li pprova jisraq; inżamm minn tliet ġirien sakem waslu l-Pulizija

Libjan ta’ 37 sena residenti Santa Venera kien arrestat wara li allegatament inqabad fil-fatt jisraq minn appartament fi Triq il-Kappillan Mifsud fil-Ħamrun.

Għall-ħabta tal-5.30am, xi persuni semgħu ħsejjes mhux tas-soltu ġejjin mill-appartament u ċemplu lill-Pulizija. Fl-istess waqt, tliet persuni marru personalment biex iżommu lir-raġel milli jaħrab.

Fil-post, il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit sabu lill-persuni jżommu lir-raġel, li min-naħa tiegħu rreżista l-arrest u anke kien aggressiv fil-konfront tal-Pulizija. Hu ttieħed l-Għassa u wara ġie eskortat lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun.