Lokali Mużika

“Qed nagħfas ħafna biex ikollna kanzunetta tajba” – Destiny

“Esperjenza li żgur mhu se ninsiha qatt. Ħdimt ħafna għaliha u b’hekk wasalt biex irbaħt”.

Għadha friska fil-memorja ta’ ħafna, l-espressjoni ta’ Destiny meta ftit tal-jiem ilu ġiet inkurunata r-rebbieħa ta’ X-Factor.

Mistiedna fil-programm Net Live ma’ Robert Cremona, il-kantanta ta’ 17-il sena fissret il-ferħ li ħasset fil-mument li semgħet isimha jkun imħabbar bħala r-rebbieħa.

Hi qalet li r-rebħa tagħha kien ir-rigal għall-ġenituri tagħha li tant ħadmu magħha wkoll.

Destiny kienet rebħet il-Junior Eurovision tal-2015 fil-Bulgaria bil-kanzunetta Not My Soul, u qalet li din l-esperjenza għenitha tikber anke fl-abbiltajiet tagħha mal-udjenzi u mal-cameras.  Kif għenitha wkoll b’mod differenti l-esperjenza li kellha fi Britain’s Got Talent.

Madankollu, hi qalet li il-Eurovision u l-Junior Eurovision huma żewġ kompetizzjonijiet differenti għal kollox u li qed tħoss ħafna aktar responsabbiltà.

Destiny enfasizzat l-importanza li l-kanzunetta li se nikkompetu biha f’Rotterdam, tkun waħa addattata għaliha.

, Il-Eurovision song contest f’Rotterdam se jinqasam fi tlett serati – żewġ semi finali, waħda fit-12 u l-oħra fl-14 ta’ Mejju u l-finali fis-16 ta’ Mejju.

Destiny se tkun qed tikkompeti fl-ewwel semi-finali fit-12 ta’ Mejju, sabiex tikseb post fil-finali tas-Sibt ta’ wara.