Lokali

Barrani ferut wara li ttajjar minn karozza

Sirjan ta’ 33 sena, residenti Ħal Qormi, sofra ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fil-Ħamrun.

Kien ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Joe Sciberras, u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Sirjan ta’ 33 sena safa’ milqut minn vettura ta’ tip Mazda Demio, misjuqa minn mara ta’ 39 sena, residenti Birkirkara.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.