Kultura Lokali

“From Invictus to Evictus”- L-iskandli riċenti jispikkaw fil-Karnival tan-Nadur

“From Invictus to Evictus”. Dan hu l-messaġġ fuq wieħed mill-karrijiet fin-Nadur fejn l-enafsi waqet fuq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, li minn rebbieħ invinċibbli spiċċa kellu jirriżenja.

Bla dubju li wieħed għandu jistenna diversi messaġġi u immaġni ta’ dan it-tip wara dak li ġara f’pajjiżna f’dawn l-aħħar xhur.

B’xorti tajba għad-dilettanti tal-karnival, din is-sena se jiċċelebraw f’temp li mistenni jkun favorevoli immens.