Tħobbu jew toboghdu l-Karnival tan-Nadur sar l-iktar karnival popolari kemm f’dik li hi tradizzjoni u makabrità, izda fuq kollox għall-ispontanjetà tiegħu. Xalata ta’ kostumi u kuluri ta’ kull ġens daqs u għamla mifruxa fuq medda ta’ ħamest ijiem sħaħ. Interessanti li l-karnival spontanju tan-Nadur dejjem jibda wara nżul ix-xemx jew x’ħin ikun dalam u l-ingredent l-iktar importanti li jsawru huma n-nies. Għax in-nies jagħmluh dak li hu bl-ideat u l-ispontanjetà tagħhom.
Naturalment għal avveniment kbir daqshekk bilfors irid ikollok xi awtorità li tieħu ħsieb l-ordni biex filwaqt li tirrenja l-ispontanjetà, fl-istess ħin tara li kollox ikun f’postu. Dan jgħodd għal indafa, it-traffiku, is-sigurtà, l-infurzar tal-ligi, id-dawl u s-sound. Dan qed jieħu ħsiebu l-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Għal sena oħra kellna bidu mill-aqwa ta’ karnival spontanju ieħor fejn mhux biss eluf ta’ persuni imlew it-toroq, imma saħansitra rajna mijiet ta’ familji, kemm Maltin u anke barranin. Mill-bidu nett diġà bdejna naraw ukoll l-ewwel kostumi u satira kultant fina li jaf joffri biss il-karnival tan-Nadur.
Ritratti: Anaca Photography
//= $special ?>