Mara ta’ 40 sena residenti fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, f’Tas-Sliema, spiċċat tindarab wara li krejn tal-kostruzzjoni laqgħat ċinta tal-bejt li waqgħet fuq gallarija fejn kienet il-mara.
Il-mara mhux biss spiċċat midruba iżda sofriet ukoll minn xokk kawża tal-qatgħa li ħadet. Jidher li fortunatament ma sofrietx ġrieħi gravi tant li rrifjutat l-assistenza medika.
Residenti fl-inħawi rrappurtaw ħoss qawwi bħallikieku seħħet splużjoni. Il-każ seħħ ftit wara l-11:00. Dan wassal biex fil-post marru l-Pulizija, ambulanza kif ukoll il-Protezzjoni Ċivili.
//= $special ?>