Lokali

Sandro Camilleri jiżdied mal-lista ta’ dawk interessati biex isiru Kummissarju tal-Pulizija

L-Ispettur Sandro Camilleri, il-fundatur tal-Police Officers Union, ikkonferma li qed jikkunsidra li japplika għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija.

“L-ewwel ma kontx qed nikkunsidra, imma meta rajt dak l-appoġġ kollu… iva, qed nikkunsidra li napplika”, qal Camilleri meta lbieraħ kien intervistat f’Xarabank.

Waqt l-intervista li ta fuq il-PBS, l-Ispettur Camilleri irrefera fost l-oħrajn għall-fatt li xi uffiċjali kienu qalu li “il-Pulizija mhumiex kontabbli għall-pubbliku.” Din dehret referenza għal Ian Abdilla, li fl-2018 kien stqarr li huwa m’għandux jagħti kont lill-pubbliku meta mistoqsi mit-Times of Malta dwar l-investigazzjonijiet relatati ma’ 17 Black.