Sport Sport Ieħor

Amigo Turgot jispikka fil-klassi Premier

(Ritratt: Martin Agius)

Rapport: Kenneth Vella

It-tmien laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott saret illum waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Minn dawn spikkaw l-aktar tliet semifinali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m u tiġrija tal-aqwa klassi Premier fuq distanza ta’ mil. Din tal-aħħar intrebħet minn Amigo Turgot ta’ Salvu Vella.

Tnax-il żiemel ġrew fit-tiġrija tal-aqwa klassi. Hawnhekk, Quick Fix (Clifferty Calleja), li kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq, żamm il-kmand sakemm l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. F’dak il-mument hu ma seta jagħmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Amigo Turgot (Salvu Vella) li qabżu biex ħa l-ewwel rebħa tas-sena minn Barrio Josselyn (Anton Cassar) u Vakato (Chris Grech). Axel Tilly (Charles Degiorgio) temm fir-raba’ pożizzjoni. 

Mit-tliet semifinali Gold, tnax-il żiemel għaddew għall-finali. Fl-ewwel waħda, G.G.’s Magic Dream (Charles Degiorgio) li mar quddiem dawra mit-tmiem, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Aragorn De Buliere (Andrew Farrugia) li ħa t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta minn Janske (Charles Camilleri) u Univers De Suce (Kurt Saliba).

Corky Ramirez (Paul Galea) ħa t-tieni rebħa konsekuttiva u fi xtutna wara li ssorprenda u għadda lil Foxy Brown (Rodney Gatt) f’nofs id-dritta finali waqt it-tieni semifinali Gold. Vez De Voirons (Charles Degiorgio) u Aristote Gede (Mario Fenech) għaddew ukoll għall-finali wara li kellhom pjazzament tajjeb.

It-tielet u l-aħħar semifinali Gold kienet ikkaratterizzata minn taqtigħa eċċitanti bejn tliet żwiemel fid-dritta finali. Kien Tonio Du Vivier (Charles Camilleri) li akkwista l-ewwel rebħa tas-sena mis-Serb Ivan Pavlov A.T. (George Muscat) u Vent Du Der (Rodney Gatt). Sephiro Flam (Romina Delceppo) kien l-aħħar żiemel li għadda għall-fażi finali ta’ dan il-kampjonat wara li temm fir-raba’ pożizzjoni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper Dist – 1640m. 1. Flexy Vert (D. Casha) Ħin – 2.05.3” (1.16.4”) 2. Dino Josselyn (G. Garzia) 3. Alexis Le Grand (P. Galea) 4. Jamar Noa (F. Abdilla)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Dio Doti (C. Camilleri) Ħin – 2.05.2” (1.16.4”) 2. Ukase Du Ravary (N. Baldacchino) 3. Divonne (V. Fenech) 4. Rossi Dream (P. Galea)

III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Baryton (M. Ellul) Ħin – 2.02.3” (1.14.5”) 2. Chippen As (R. Gatt) 3. Ricky Rock (P. Galea) 4. Midnight Passion

IV Tiġrija Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Ramon Dekkers (C. Calleja) Ħin – 2.03.6” (1.15.4”) 2. Vizir Carisaie (N. Baldacchino) 3. Venicio Bello (A. Pace) 4. Cadabra Tooma (A. Farrugia)

V Tiġrija Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Aragorn De Buliere (A. Farrugia) Ħin 2.42.3” (1.15.8”) 2. Janske (C. Camilleri) 3. Univers De Suce (K. Saliba) 4. G.G’s Magic Dream (C. Degiorgio)

VI Tiġrija Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Foxy Brown (R. Gatt) 3. Vez De Voirons (C. Degiorgio) 4. Aristote Gede (M. Fenech)

VII Tiġrija Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Tonio Du Vivier (C. Camilleri) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Ivan Pavlov A.T. (G. Muscat) 3. Vent Du Der (R. Gatt) 4. Sephiro Flam (R. Delceppo)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Amigo Turgot (S. Vella) Ħin – 2.00.8” (1.13.7”) 2. Barrio Josselyn (A. Cassar) 3. Vakato (C. Grech) 4. Axel Tilly (C. Degiorgio)

IX Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Feel The Music (M. Debono) Ħin – 2.00.5” (1.13.5”) 2. Ubu Du Metz (P. Galea) 3. Village Natal (N. Baldacchino) 4. Aubrac Du Rib (C. Cassar)

X Tiġrija Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Neverendingdream (R. Gatt) Ħin – 2.01” (1.13.8”) 2. Judge Reo (K. Galea) 3. Vangiskan Scott (C. Camilleri) 4. Rally Esset (P. Galea)