Arsenal komplew inaqqsu d-distakk mit-timijiet ta’ fuqhom b’rebħa importanti ta’ 3-2 kontra Everton fl-Emirates Stadium. Kien it-tim ta’ Carlo Ancelotti li fetaħ l-iskor fl-ewwel minuta b’ġest akrobatiku ta’ Dominic Calvert-Lewin li għeleb lil Bernd Leno.
Eddie Nketiah ġab id-draw fis-27 minuta meta skorja mill-kaxxa ż-żgħira wara kross mix-xellug. Sitt minuti wara Pierre-Emerick Aubameyang poġġa lil Arsenal fil-vantaġġ wara passaġġ intelliġenti ta’ David Luiz. Richarlison ġab id-draw qabel tmiem l-ewwel taqsima iżda reġa’ kien Pierre-Emerick Aubameyang li fil-bidu tat-tieni taqsima skorja l-gowl tar-rebħa b’daqqa ta’ ras.
Premier League
Arsenal v Everton 3-2, Manchester United v Watford 3-0, Wolves v Norwich 3-0
//= $special ?>