Lokali

Id-delizzju ta’ bosta ġewwa l-Mużew Marittimu

Diversi Maltin qed jagħmlu unur lil pajjiżna fid-delizzju tal-iscale models, hekk kif diġa ntrebħu diversi medalji tad-deheb minn madwar id-dinja f’dan il-qasam.

Dan żgur ma jkunx possibli jekk ma jiddedikawx il-ħin liberu tagħhom biex jibnu dawn il-mudelli.

Waqt esebizzjoni li ttellgħat il-Ħadd fil-Mużew Marittimu, wieħed seta’ jinnota mudell ta’ ajruplan ta’ tifla ta’ ħames snin li diġa bdiet timxi fuq il-passi ta’ missierha…. Fost oħrajn, Louis Carabott ta’ 71 sena li jaħdem diversi mudelli differenti.

Net News tkellem ma’ Kyle Mizzi, żagħżugħ li beda joħloq dawn il-mudelli minn meta kellu biss 10 snin.

Ħdax-il sena wara, Kyle għadu sal-illum jiddedika ħajtu għal dan id-delizzju.

Kull artist għandu l-mod tiegħu kif jibni dawn il-mudelli, b’uħud jiffukaw fuq figuri ta’ nies, oħrajn jagħmlu mudelli ta’ vetturi, ajruplani u vapuri, filwaqt li oħrajn joħolqu xena mill-istorja.