Incident li seħħ fir-Rabat, Għawdex wassal biex karozza nqalbet rasha ‘l isfel wara impatt ma’ karozza oħra, fejn fortunatament ħadd ma weġġa’.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-10.15 ta’ filgħaxija. Raġel ta’ 22sena minn Ħal Qormi ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ma nstabx li sofra minn xi feriti.
Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn Ġermaniż ta’ 61 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
//= $special ?>