George Ford, Elliot Daly u Luke Cowan-Dickie skorjaw tries li għenu biex l-Ingilterra terġa’ tibda temmen li tista’ tirbaħ is-Six Nations. Huma għelbu lill-Irlanda 24-12 f’logħba li fiha l-Irlandiżi għamlu diversi żbalji. B’dan ir-riżultat, l-Irlanda temmet it-tama għal Grand Slam.
L-Ingliżi daħlu jistrieħu 17-0 fil-vantaġġ bi tries ta’ Ford u Daly wara żbalji individwali ta’ Johnny Sexton u Jacob Stockdale. Owen Farrell skorja ż-żewġ conversions, bl-istess plejer jiskorja wkoll penalty. Robbie Henshaw fil-50 minuta u Andrew Porter fl-aħħar azzjoni, skorjaw it-tries tal-Irlanda. Cooney skorja l-conversion fl-aħħar, b’Sexton jiżbalja ż-żewġ tentattivi tiegħu lejn il-lasta.
Fil-klassifika wara tliet logħbiet, Franza għandha 13-il punt, l-Ingilterra u l-Irlanda għandhom disa’ punti, Wales u l-Iskozja b’sitt punti u l-Italja għadha mingħajr punt. Ġimagħtejn oħra, l-Ingilterra tilqa’ lil Wales fi Twickenham stadium qabel tilgħab kontra l-Italja f’Ruma fl-aħħar ġurnata. L-Irlanda jonqosha tilgħab kontra l-Italja u Franza.
//= $special ?>