Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur

Raġel ta’ 55 sena residenti tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8p.m. fi Misraħ Turu Colombo. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija tad-distrett irriżulta li r-raġel, li kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha XT-400, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura, waqa’ u baqa’ dieħel f’karozza ipparkjata tal-għamla Toyota Vitz.

Tim mediku wasal fuq il-post u ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri xi ġrieħi gravi. Il-Pulizija tad-Distrett qed tinvestiga l-każ.