Futbol Sport

Roselli jirriżenja minn kowċ ta’ Senglea

Il-kowċ Giorgio Roselli rriżenja minn kowċ ta’ Senglea Athletic ftit anqas minn xahrejn mill-bidu tal-ewwel esperjenza tiegħu f’pajjiżna. It-Taljan ta r-riżenja tiegħu wara li s-Sibt Senglea kienu megħluba minn Santa Lucia 5-2 f’konfront dirett.

Roselli mexxa lil Senglea fis-sitt logħbiet tat-tieni rawnd. Hu kiseb draws kontra tliet timijiet ta’ fuq jiġifieri Sirens, Birkirkara u Hibernians filwaqt li tilfu kontra Mosta, Ħamrun Spartans u Santa Lucia li huma timijiet fin-naħa ta’ isfel. Fi żmien Roselli, Senglea kienu eliminati mill-FA Trophy minn Floriana fil-ħin barrani.

Hu kien inħatar kowċ tat-tim fl-ewwel jiem tas-sena u kien ħa post id-Direttur Tekniku Mario Muscat u l-kowċ Steve Vella li kienu bdew l-istaġun fit-tmexxija tat-tim. Jidher li l-favorit biex isir kowċ ġdid ta’ Senglea hu Jesmond Zerafa.