Sport Waterpolo

Sliema jaċċertaw mir-rebħa kontra Neptunes lejn it-tmiem … Sirens u San Ġiljan jirbħu wkoll

(Ritratt: Martin Agius)

Sliema Frank Salt kellhom bżonn l-aħħar sekondi tal-logħba biex jaċċertaw rebħa ta’ 11-10 kontra Neptunes Leo Vegas. Is-Slimiżi kellhom il-vantaġġ kważi fil-logħba kollha, għajr it-tielet sessjoni meta Neptunes dawru r-riżultat.

It-tim ta’ Sergio Afric temm it-tieni sessjoni 5-3 fil-vantaġġ, b’Gabriel Pace, Sebastian Busuttil u Nikolai Zammit ipoġġu lil Neptunes fil-vantaġġ għall-ewwel darba. Neptunes anki rkupraw żvantaġġ doppju fl-aħħar sessjoni u għalkemm reġgħu marru fi żvantaġġ, baqgħu fil-logħba. Kien gowl ta’ Mark Meli fl-aħħar minuta li aċċertat ir-rebħa.

Iż-żewġ timijiet kellhom diversi plejers regolari nieqsa. Mit-tim li lagħab fis-sajf li għadda, Sliema kellhom lil Jerome Gabarretta, Michael Spiteri Staines, Benji Cachia, Liam Galea u Jamie Gambin neqsin. Neptunes fuq in-naħa l-oħra kienu mingħajr Stevie Camilleri, Jake Muscat u Jeremy Abela li qed jilagħbu barra l-pajjiż kif ukoll l-imweġġa’ Jordan Camilleri li mexxa lit-tim fl-assenza ta’ Nenad Navarin.

Kif mistenni Sirens Greentube u San Ġiljan TUM Invest ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Marsaskala Fish and Fish u Exiles Elia Caterers. rispettivament. Sirens taħt it-tmexxija ta’ Dale Dowling fl-assenza tal-kowċ Marko Orlovic, rebħu s-sessjonijiet kollha u ma sofrewx gowl fl-aħħar żewġ sessjonijiet. Il-logħba kienet bla storja, bid-differenza bejn it-tnejn tkun evidenti mill-bidu.

San Ġiljan aċċertaw mir-rebħa kontra Exiles fit-tieni sessjoni. Dino Zammit kien assenti għal San Ġiljan filwaqt li Timmy Sullivan kien nieqes għal Exiles. It-tim ta’ Dorian Pisani rebaħ l-ewwel sessjoni 4-0 b’gowls ta’ Ben Plumpton, Andreas Galea, Tristan Said u Keith Tanti u temm it-tieni sessjoni 6-1. Exiles ikkontrollaw ftit lil San Ġiljan fit-tielet sessjoni iżda fl-aħħar sessjoni San Ġiljan reġgħu kabbru d-distakk għal rebħa konvinċenti.

MARSASKALA FISH AND FISH…… 3

SIRENS GREENTUBE…………………. 15

(1-6), (2-4), (0-4), (0-1)

Marsaskala: J. Micallef, N. Gatt, J. Erdogan, P. Privitera (1), M. Aquilina (2), L. Grixti, K. Navarro, M. Manara, K. Cremona, J. Culic, R. Attard, A. Vella, M. Borg, A. Grima, J. Theuma

Sirens: O. Gauci, J. Ciantar, K. Erdogan (2), G. Melillo, J. Zerafa Gregory (2), Z. Bartolo, L. Falzon, I. Riolo (3), J. Napier (1), G. Sammut, M. Azzopardi (4), M. Sciberras (2), L. Grech Carr, M. Chircop, M. Cutajar (1)

Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca

NEPTUNES LEO VEGAS……………. 10

SLIEMA FRANK SALT………………. 11

(1-3), (2-2), (3-1), (4-5)

Neptunes: A. Borg Cole, J. Spiteri Staines (1), J. Farrugia, G. Pace (2), M. Martellacci, M. Castillo, L. Calleja, S. Busuttil (3), S. Gialanze, N. Zammit (4), S. Stellini, M. Farrugia, A. Bugeja, A. Piccione, R. Galea

Sliema: N. Grixti, D. Rizzo, N. Saliba, J. Sciberras (2), M. Meli (2), B. Cachia, N. Schiavone, M. Carani (1), J. Brownrigg (3), D. Fenech, Z. Mizzi (2), N. Bugelli (1), M. Vassallo, M. Demarco, K. Borg

Referees: Mario Dalli, Stefan Licari

SAN ĠILJAN TUM INVEST………. 11

EXILES ELIA CATERERS…………. 4

(4-0), (2-1), (1-1), (4-2)

San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti (1), A. Galea (3), B. Grech, M. Mannino (1), B. Plumpton (1), M. Ortoleva (1), J. Bonavia (1), T. Said (1), Da. Zammit (1), P. Fava, G. Vassallo, Z. Micallef (1), J. Portelli

Exiles: M. Castillo, J. Bajada (1), A. Magri, P. Paris, S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, A. Cousin (2), S. Apap

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri