Il-belt kapitali kompliet timtela’ kuluri, karrijiet u kostumi matul il-ġurnata tal-Ħadd fejn kompla jiġi ċċelebbrat il-Karnival.
It-temp sabiħ offra sfond ideali ghall-ispettaklu ta’ briju, fejn ma naqasx li jispikka l-element tat-tfal u ż-żgħażagħ bil-maskli kkuluriti… kif ukoll il-kostumi mill-isbaħ.
L-attivitajiet bdew mill-Ħamrun u mxew lejn il-Belt Valletta fejn ir-Re tal-Karnival fetaħ il-Karnival.
L-attivitajiet bdew il-Ġimgħa u mistennija li jilħqu l-qofol tagħhom nhar it-Tlieta li ġej fis-6 ta’ filgħaxija fi Triq Sant Anna, fil-Furjana fil-Gran Finale.
Diversi attivitajiet oħra saru f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, fosthom fin-Nadur Għawdex li hu msemmi għall-element spontanju, fejn anke s-satira politika ma naqsitx.
//= $special ?>