Internazzjonali Saħħa

CORONAVIRUS: Is-sitt vittma fl-Italja; 219-il każ bl-influwenza

Jitilgħu għal sitta l-vittmi tal-Coronavirus fl-Italja, hekk kif l-allarm fil-pajjiż ġar tagħna jkompli jiżdied.

Dan kien konfermat mill-Kap tal-Protezzjoni Ċivili Angelo Borrelli. 

Il-maġġoranza tal-każi tal-Coronavirus feġġew fir-reġjun tal-Lombardia.

Numru ta’ bliet u villaġġi f’dan ir-reġjun jinsabu fi kwarantina, filwaqt li l-maġġoranza tal-iskejjel dalgħodu ma fetħux. Anke postijiet pubbliċi fl-Italja, bħal knejjes, inżammu magħluqin.