Ambjent Lokali

Il-Ministru jikkonferma l-falliment fl-iskart… kollox għadu qed jitħallat

Jekk qatt kien hemm bżonn, waslet il-konferma mill-Ministru tal-Ambjent li l-familji Maltin u Għawdxin għalxejn qed jisseparaw l-iskart, ghaliex meta jasal fil-Maghtab, l-iskart kollu qed jitħallat.

L-impjant ta’ Sant’Antnin ilu li nħaraq tliet snin…u allura kien ghalxejn dawn ix-xhur kollha ta’ separazzjoni ta’ skart minn eluf ta’ familji.

Mhux talli hekk, talli fl-aħħar xhur, il-Gvern nefaq flus mit-taxxi tal-Maltin għal kampanja ‘Sort it Out’, filwaqt li kien jaf li għalxejn tissepara għaliex kollox se jispiċċa jitħallat.

Il-kampanja Sort it Out bdiet f’Ottubru ta’ sentejn ilu

Izda filmati li zvela Net News fi tmiem il-gimgha jikkonfermaw li dan il-process qed isir prattikament ghalxejn.

Meta dan l-istazzjon affacja lill-Ministru Aaron Farrugia b’dawn il-fatti, hu prova jserraħ moħħ kulħadd li sal-aħħar tas-sena, jiġifieri 10 xhur oħra se jkollu pjan u ma xtaqx jgħidilna għalfejn l-iskart għadu qed jitħallat għaliex hija xi ħaġa teknika.

Ma fhimniex eżatt x’teknikalità fiha li ċittadin jissepara u l-Gvern iħallat jew saħansitra jagħti multi lil min ma jisseparax. Aktar u aktar meta wiehed izomm f’mohhu li sa ftit xhur ilu l-eks Ministru tal-Ambjent Jose Herrera ftaħar bin-numri ta’ skart isseparat li qed jinġabar mid-djar – skart li qed jispicca f’post wieħed.

Mill-filmati li kiseb Net News u li qajmu rabja fost il-familji Maltin, jidher biċ-ċar li la l-borża s-sewda mhi se tonqos bin-nofs u wisq anqas kull xorta ta’ borża oħra ta’ kull kulur. Anke għaliex, kif qalilna l-Ministru tal-Ambjent preżenti, ghadna fi stadju fejn “qed jithejja pjan”.