Tħabbret il-mewt ta’ Joseph Bartolo, li għal snin twal ħadem fis-settur tal-ġlieda kontra l-faqar u b’sehem attiv fil-qasam tal-housing soċjali.
Bartolo kien ilu snin twal involut fil-ħidma soċjali, sa minn meta kien żagħżugħ u kien parti mill-Kooperattiva tal-Kotba, fl-Universita ta’ Malta, kif ukoll bħala parti mill-għaqda mhux governattiva Graffitti.
Għall-aħħar snin hu kellu sehem attiv fl-Alleanza konta l-Faqar.
Intant, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Joe Bartolo, li ddedika l-ħidma tiegħu fil-ġlieda kontra l-faqar u favur l-iżjed persuni batuti fis-soċjetà. Il-Partit Nazzjonalista wassal il-kondoljanzi lill-familja tiegħu l-qraba u l-ħbieb.
//= $special ?>