Lokali Qorti

Iwieġeb mhux ħati ta’ pornografija tat-tfal

Raġel ta’ 34 sena mit-Togo ċaħad fil-Qorti li huwa għandu kellu x’jaqsam ma’ pornografija tat-tfal wara li fuq il-mobajl tiegħu nstab video li skont il-Prosekuzzjoni li fih tidher tarbija. Dan il-video instab meta huwa kien qed jiġi arrestat u ntbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-Ispettur Roxanne Tabone u l-Ispettur Paul Camilleri ressqu lil Ahmid Rabu, li huwa diożokkupat, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn xlewh li ppokura u kien fil-pusses ta’ pornogragrifja tat-tfal.

Allegatament il-materjal pornografiku nstab fuq wieħed mill-ħames mobajls li kienu fil-pusses tiegħu hekk kif il-gwardjani tal-ħabs kienu qegħdin jieħdulu l-affarijiet waqt li kien dieħel il-ħabs fuq offiżi dwar passaport falz.

Rabu wieġeb mhux ħati bl-Avukat tiegħu, Joe Mifsud, li kontesta l-validità tal-arrest. “L-akkużat ma kellu xejn minn dak li kien qed jingħad u ma nafx għaliex inġieb il-Qorti taħt arrest.” Milli jidher il-videos kienu mneħħija minn fuq il-mobajl billi ġew ‘deleted’ iżda kienu rkuprati minn xi esperti.

L-Avukat Mifsud nqal li Rabu kien arrestat fuq passaport u l-mobajl tiegħu kien miżmum. L-Ispettur Camilleri spjega li Rabu kien ingħata sentenza fuq offiża dwar passaport u kien se jiskonta s-sentenza fis-16 ta’ Marzu u kien ta’ riskju għax kien hemm il-biża li jaħrab minn Malta. Qal li l-affarijiet illeċti li fuq il-mobajl qabel ma huwa ddaħħal il-Ħabs.

In vista tal-fatt dwar il-gravità tal-akkużi, l-Qorti qalet li l-arrest huwa wieħed validu. L-Avukat Mifsud staqsa jekk l-akkużi jirreferux għal xi reati li saru f’Malta. “Il-video ġie miġbud Malta”? Madankollu l-Qorti skartat dan kollu u qalet li peress li dan mhuwiex l-istadju li wieħed għandu jistaqsi dawn id-domandi.

Saret talba għal libertà proviżorja, anke jekk l-akkużat għadu miżmum il-ħabs. L-Avukat Mifsud qal li mhux sew li raġel jinżamm il-ħabs għal madwar sentejn għal xi ħaġa li kienet imneħħija mill-mobajl, u li ġiet ri-attivita mill-esperti. Il-Qorti qalet li mistennija tagħti deċiżjoni dwar it-talba għal libertà proviżorja fiż-żmien opportun.