Sport Sport Ieħor

Iż-żagħżugħa Gauff mal-aqwa 50 fid-dinja fir-rankings WTA

(Ritratt: EPA)

Iż-żagħżugħa Amerikana Coco Gauff tinsab mal-aqwa 50 tennista fid-dinja fil-lista tar-rankings WTA. B’hekk wara kważi 15-il sena, hi saret l-ewwel tennista ta’ 15-il sena li laħqet dan it-tragward. L-aħħar tennista li kienet mal-aqwa 50 fl-istess età ta’ Gauff, kienet il-Bulgara Sesil Karatantcheva.

Gauff tfaċċat fix-xena internazzjonali s-sena l-oħra f’Lulju li għadda meta waslet sar-raba’ rawnd ta’ Wimbledon fl-ewwel dehra tagħha fi Grand Slam. Hi avvanzat ukoll sat-tielet rawnd tal-Open tal-Istati Uniti qabel rebħet l-ewwel titlu WTA f’Linz lejn tmiem l-istaġun tas-sena l-oħra.

Gauff kompliet il-progress tagħha meta waslet sar-raba’ rawnd tal-Open tal-Awstralja qabel kienet eliminata minn Sofia Kenin li eventwalment spiċċat ir-rebbieħa.

Tags