Lokali

Karozza lussuża tinqered minn nar f’Wied il-Għajn

Vettura lussuża tat-tip Lexus inqerdet minn nar li ħakem matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, f’Marsaskala.

Il-każ seħħ fi Triq il-Qaliet bil-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ filgħodu. Fil-post waslu wkoll il-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.