Hekk kif il-Coronavirus qed joqrob aktar lejn pajjiżna, bin-numru ta’ persuni infettati jitilgħu għal madwar 230 u sat-Tnejn kienu 6 li mietu bil-virus fl-istess pajjiż, f’pajjiżna żdied it-tħassib, l-aktar fost dawk li se jsiefru fil-jiem li ġejjim
In-Nazzjon dar fl-ispiżerji fid-diversi lokalitajiet f’pajjiżna, biex nixtru l-maskri protettivi li jintużaw biex jikkontrollaw it-tixrid tal-mikrobi. Iżda f’kull spiżerija li dħalna fiha, qalulna li l-maskri kienu out of stock, u li fl-aħħar jiem żdied b’mod qawwi n-numru ta’ nies li talbuhom dawn it-tip ta’ maskri.
Kummenti bħal “l-aktar ħaġa li begħna llum”, “daħlu mal-50 persuna jitolbna dawn il-maskri” u “mindu faqqgħet l-Italja, n-nies qed jibżgħu għax issa qed toqrob” kienu kummenti li smajna aħna u nduru.
Meta rajna li mill-ispeżeriji ma nqdejniex, morna dritt f’ras il-għajn u pruvajna nixtru mingħand agent, iżda anke hawn, bqajna b’xejn, bl-aġent jgħidilna li ma fadlilhomx maskri in stock u li tant hu diffiċli li jingħatawlhom bħalissa, li lanqas biss qed jippruvaw jordnaw. Huma qalulna li tant fadal żmien biex jaslu l-maskri li sakemm jaslu jilħaq jispiċċa l-virus.
Jirrizulta li n-nuqqas ta’ maskri qed jinħass f’pajjiżi oħra barra Malta, hekk kif jidher li anke l-Italja għandha l-istess skarsezza.
//= $special ?>