Lokali

AĠĠORNATA: Mewta oħra fil-Ħabs

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel ta’ nazzjonalità Maltija li għandu 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu.

Il-priġunier huwa John Attard… li kien qed jiskonta sentenza ta’ għomru l-ħabs wara li kien instab ħati li kien kompliċi fil-qtil ta’ Fortunata Spiteri. Każ li jmur lura għal Awwissu tal-2001 meta Spiteri ġiet maqtula minn żewġ persuni fi triq mudlama li twasslek għall-Għarb.

Bil-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw filwaqt li nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Dan kien it-tmien każ ta’ persuna li nstabet mejta fil-Ħabs f’dawn l-aħħar sentejn.