Lokali

Min hu Ġanni Attard, l-anzjan li nstab mejjet fil-ħabs?

Ġanni Attard, li nstab mejjet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kien l-iktar magħruf għall-qtil makabru ta’ Fortunata Spiteri, gwardjan lokali ħatja biss li qdiet dmirha u tat diversi ċitazzjonijiet.

Ġanni kien ammettA li taha diversi daqqiet ta’ stallett f’sidirha, f’żaqqha u f’idejha kif ukoll li żammha waqt li kienet qed taqla’, b’tali mod li ma setgħetx tiddefendi lilha nnifisha.

Hekk kif f’Novembru tal-2010 beda l-ġuri fil-konfront tiegħu, hu ammetta l-akkużi kollha fil-konfront tiegħu, ħlief li kien il-moħħ wara d-delitt. Ta’ dan kien weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs.