Lokali

TĦASSIB DWAR IL-CORONAVIRUS F’MALTA: Il-Knisja b’direttivi dwar it-tqarbin

Il-Knisja f’Malta ħabbret li bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu ta’ tixrid tal-Coronavirus, sakemm jingħataw direttivi oħra, it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja se jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq.

Il-Kurja fi stqarrija ħabbret ukoll li fil-każijiet permessi għal Tqarbin mill-kalċi, it-Tqarbin m’għandux isir billi wieħed jixrob direttament mill-istess kalċi, iżda biss ‘per intinctionem’.

Dawn waqt li sar appell ukoll li “min jiċċelebra l-Quddiesa għandu jassigura ruħu li jkun iddiżinfetta idejh sewwa qabel ma tibda l-Quddiesa u, f’każ ta’ bżonn, qabel jibda jqarben. L-istess il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, kif ġa hi drawwa regolari, għandhom jassiguraw li jiddiżenfettaw idejhom qabel ma jqarbnu.”

Dawn id-direttivi qed jingħataw wara pariri minn esperti fil-qasam tas-Saħħa.