Lokali

1,000 immigrant minn Jannar ‘l hawn; 3,400 fl-2019 kollha

Ritratt: Arkivji

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta qed taffaċċja diffikultajiet dejjem akbar f’dik li hi immigrazzjoni. Dan hekk kif sa issa qabeż l-1,000 in-numru ta’ immigranti li daħlu f’pajjiżna.

Din iċ-ċifra ma tawgurax tajjeb għall-kumplament tas-sena meta wieħed iqis li fl-2019 kollha kien 3,400 in-numru totali ta’ immigranti li daħlu flċ-ċentri miftuħa u magħluqa ta’ Malta.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Għall-Intern, Ylva Johannson f’Kastilja.

Johannson qalet li sa ftit tas-snin ilu kien jintlaħaq kompromess li jwassal biex tingħata l-għajnuna meħtieġa  lil dawk il-membri stati li jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli b’rabta mal-immigrazzjoni u saħqet li l-għan tagħha hu li dan jerġa’ jibda jsir.