Il-plejer ta’ Gżira United, Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar. Xuereb beda dan l-istaġun ma’ Mosta fejn irnexxielu jiskorja l-gowl tar-rebħa kontra Gudja United bi kross minn fuq il-lemin li ħasad lill-gowlkiper Jonathan Debono.
Ftit jiem wara, id-difensur ta’ 22 sena kien strumentali fir-rebħa ta’ 5-2 kontra Tarxien Rainbows. Hu poġġa lil Mosta 2-1 minn fuq wara 23 minuta bi free-kick preċiż. Din kienet l-aħħar logħba tiegħu ma’ Mosta hekk kif lejn nofs Jannar ingħaqad ma’ Gżira United b’kuntratt ta’ ħames snin.
L-Uffiċjal Kap tal-BOV Anthony Scicluna ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020 lil Xuereb. Il-plejer għażel li jagħti d-donazzjoni fi flus assoċjata ma’ dan l-unur lil Puttinu Cares.
//= $special ?>