Novak Djokovic talab li ssir riforma fil-kalendarju ATP biex ikun jista’ jipprepara aħjar. Hu b’mod partikolari sejjaħ għal riformi fl-ATP Cup u t-Tazza Davis. Is-Serb irrappreżenta l-pajjiżu fil-verżjoni l-ġdida tat-Tazza Davis fi Spanja lejn tmiem is-sena l-oħra kif ukoll mexxa lis-Serbja għar-rebħ tal-ATP Cup f’Jannar li għadda.
Hu jemmen li fil-futur se jkollu jagħmel għażla bejn iż-żewġ kompetizzjonijiet minħabba l-iskeda ppakkjata. “Fl-opinjoni tiegħu għandhom jingħaqdu. Dan hu neċessarju għaliex personalment se tkun veru diffiċli li nilgħab iż-żewġ kompetizzjonijiet kull sena u għalhekk se jkolli nagħżel.”
Intant, Djokovic qal li hu sorpriż bl-aħbar li Roger Federer se jkollu jagħmel operazzjoni fl-irkoppa. Hu jittama li jara r-rivali tiegħu lura fil-court kemm jista’ jkun malajr. Federer qal li se jitlef diversi tournaments fosthom l-Open ta’ Franza f’Mejju wara l-operazzjoni tal-ġimgħa li għaddiet.
“Naf li kien qed ibati bl-uġigħ fl-Open tal-Awstralja imma ħadd ma jafx vera x’kienet l-injury. Ma nieħu pjaċir nara lil ħadd jgħaddi minn operazzjoni. Għaddejt minnha darba u nittama li kienet l-aħħar darba f’ħajti.”
//= $special ?>