Inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fit-telgħa tal-Mellieħa wassal biex żviluppat sitwazzjoni perikoluża ta’ konġestjoni qawwija fejn saħansitra żewġ ambulanzi ma setgħux jgħaddu u kienu mwahhlin għal kollox.
Net news tkellem ma l-Minority Leader Ivan Castillo u l-Kunsilliera Marvin Abela, Gabriel Micallef u Emvin Bartolo dwar din is-sitwazzjoni, fejn qablu li mhux aċċettabli li mhux tittieħed azzjoni dwar din is-sitwazzjoni. Huma saħqu li għandu bżonn isir xi ħaġa mill-aktar fis.
Emvin Bartolo, Kunsillier responsabbli mill-infurzar u t-toroq għamel talba formali biex il-Kunsill jiltaqa’ ma’ Transport Malta u l-Pulizija biex jiġu diskussi rimedji meħtieġa. Il-kunsilliera qed jistennew li waqt il-laqgħa tal-kunsill jiġi diskussi l-miżuri li għandhom jiġu ppreżantati l-awtoritajiet biex ikunu jistghu jikkunsidraw il’ quddiem.
Il-Kunsilliera qablu li jrid jkun hemm soluzzjonijiet kemm fl-immedjat bhal pjan ta kontinġenza, biex jkun hemm karreġġati ta’ dħul u ħrug ‘one way’ mill-Miżieb u l-Manikata, u tibda tiġi wżata wkoll teknoloġija moderna bħal tabelli elettroniċi biex is-sewwieqa jkunu nfurmati bid-direzzjoni tat-traffiku.
Huma saħqu wkoll li jinħtieġ pjan fit-tul ta’ infrastruttura. Dan il-pjan kien diġa jeżisti fi żmien Gvern Nazzjonalista fit-tfassil tal-pjanti ta-Ten-T network. It-twettiq tiegħu jitlob urġenza assoluta, speċjalment biż-żieda fit-traffiku. Għaldaqstant wara li ssir konsultazzjoni pubblika għandu jibda x-xogħol fuqu.
//= $special ?>