L-Awtoritajiet Taljani qed ifittxu għall-pazjent oriġinali – imlaqqam ‘Pazjent Zero’ – li jaħsbu li hu responsabbli għall-epidemija tal-coronavirus fl-Italja.
L-Italja – li għandha qrib it-300 każ ta’ infezzjoni ( u li mistennija jiżdiedu) – għandha l-akbar inċidenza tal-coronavirus fl-Ewropa u li swiet il-ħajja ta’ seba’ persuni.
Sadanittant, l-awtoritajiet qed jaħdmu fuq teorija li l-ewwel persuna li marad bil-coronavirus fl-Italja infetta ‘malajr’ lil diversi persuni. Iżda dawn l-awtoritajiet mhumiex konvinti li l-persuna inkwistjoni għandha titqies bħala ‘sors straordinarju’ għall-firxa tal-infezzjoni.
Fl-aħħar sigħat kien hemm anki indikazzjonijiet li ‘Pazjent Zero’ jista’ hu ħaddiem ta’ 60 sena fil-qasam agrikulu li ttieħed l-isptar bis-sintomi tal-coronavirus. Ir-raġel kien żar il-belt ta’ Codogno, qrib ta’ Milan, u li l-aċċessi għaliha spiċċċaw magħluqin mill-pulizija u l-Armata wara li feġġew diversi każi ta’ infezzjoni fl-inħawi speċifiċi.
//= $special ?>