Il-UEFA laħqet ftehim mal-Federazzjoni tal-futbol Griega biex toffri għajnuna lill-istess federazzjoni biex tirriforma l-futbol fil-pajjiż wara li fl-aħħar snin kienu milquta minn problemi b’rabta mal-attendenzi u l-finanzjament tal-klabbs.
Il-ftehim kien iffirmat mill-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis u l-President tal-UEFA Aleksander Ceferin. Fil-ftehim hemm pjan li t-tmexxija tal-futbol Griega tfassal proposti konkreti biex ittejjeb il-futbol fil-Greċja fi tliet xhur.
Il-President tal-UEFA jittama li l-futbol Grieg jerġa’ jkun wieħed mill-aqwa fl-Ewropa kif kien fl-2004 meta l-Greċja rebħet il-Kampjonat Ewropew. Il-futbol fil-Greċja ilu għaddej minn problemi fl-aħħar snin, bi problemi finanzjarji rifless tal-problemi finanzjarji tal-pajjiż u problemi bil-partitarji Griegi.
//= $special ?>