Lokali Saħħa

L-ISKANDLU TAL-ISPTARIJIET: “Il-kuntratt mhux se nwaqqfu llum”

Wara li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qalet li l-Ministri tal-Gvern huma kollha responsabbli jekk il-kuntratt ta’ Steward ma jiftwaqqafx, il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jaħrab milli jwieġeb dwar min se jerfa’ r- responsabbiltà politika ghal dawn il-miljuni kbar li qed joħorġu mit-taxxi tal-poplu.

Pressat biex juri min, fil-Gvern, qed iġorr ir-responabbiltà wara d-deċiżjonijiet żbaljati, hu baqa’ ma weġibx.

Farfar mir-responsabbiltà wkoll id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne – il-Ministru responsabbli direttament mill-isptarijiet tagħna, li taħtu sar it-trasferiment minn Vitals ghal ghand Steward, meta ma weġibx dwar x’se jsir mill-kuntratt ta’ Steward.

Deputati oħra urewna li jew ma jafux eżatt x’inhu jiġri, jew injoraw il-mistoqsijiet tagħna.

Minn dak li qed jirrizulta, qed jidher dejjem aktar ċar li dan il-kuntratt li fih hemm l-id ta’ Konrad Mizzi, Edward Scicluna, Chris Fearne u Joseph Muscat fost l-oħrajn, rabat idejn il-Gvern Malti… bi spiża sa issa ta’ €240 miljun fuq il-poplu Malti, u li sal-lum baqa’ ma renda assolutament xejn lill-Maltin u l-Għawdxin li qed iħallsu għalih.