Lokali

Jindarab gravi wara waqgħa ta’ 4 sulari

Raġel mill-Mellieħa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ għoli ta’ madwar 4 sulari bit-trakk.

Il-każ seħħ fil-limiti taċ-Ċirkewwa, fil-Mellieħa stess, għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar wara li għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 77 sena waqa’ mill-għoli f’għalqa bit-trakk tat-tip Toyota Dyna.

Fuq il-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Sadanittant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.