Edukazzjoni Lokali

Jinfetħu l-bibien tal-Junior College għal studenti ġodda

Il-Junior College (Ritratt: Martin Agius)

Għal darb’oħra, il-G.F. Abela – Junior College ser ikun qed jilqa’ l-istudenti prospettivi flimkien mal-ġenituri tagħhom bil-għan li jaraw u jiflu fejn jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom f’livell post-sekondarju wara li jlestu l-Form 5.

L-Open Day ser tkun organizzata nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu – bejn il-17:30 u 21:00 – fejn il-pubbliku jkollu l-opportunità li jiltaqa’ mal-għalliema, kif ukoll mal-Prinċipal. Hawnhekk l-istudenti jkunu jistgħu jsiru jafu x’inhuma l-programmi ta’ studju disponibbli għalihom fis-sena akkademika li jmiss.

Dan mhux biss l-għaliex apparti s-servizzi u faċilitajiet ta’ studju fi ħdan il-Kulleġġ waqt din l-open day tista’ tikseb aktar informazzjoni dwar attivitajiet extra kurrikulari fejn flimkien ma’ sħabek tista’ tkompli tkabbar il-ħbiberija ta’ bejnietkom u fl-istess ħin tagħmlu ħbieb ġodda.

Aktar informazzjoni hawn.