Lokali

Neville Gafà jgiddeb lill-Ministru Abela taħt ġurament

Neville Gafa, Impejgat mal-Gvern li lanqas l-istess Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, ma kien jaf ma min jahdem eżatt.

Jitla’ l-Libja jirrappreżenta lill-Gvern Malti, imma hu stess jirrifjuta li jispjega x’kien ir-rwol tiegħu tul dawn iż-żjarat. U talbiet mill-media magħmula skont il-liġi tal-Libertà tal-Informazzjoni għal-kopja tal-kuntratt ta’ mpjieg ta’ Gafa mal-Gvern.. ġew miċħuda.

Forsi wieħed mill-aktar karattri li baqa’ misterjuż, marbut mat-tmexxija tal-Gvern ta’ Joseph Muscat… b’Muscat stess ma jafx jew kien jaħbi informazzjoni dwaru.

Issa, Gafa xehed fil-Qorti li kellu passaport dipolmatiku – u jgiddeb b’mod kategoriku dak li sa ftit ilu kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela, meta kien qal li Gafa MA KELLUX passaport diplomatiku.

Jiġifieri ….filwaqt li Carmelo Abela qal li Gafa ma kellux Passaport Diplomatiku, Gafa qed jgħid li kellu.

U qed jgħid dan taħt ġurament.

Intant filwaqt li Robert Abela warrab lil Gafa – wara li Chris Fearne kien keċċih mill-Ministeru tiegħu, l-istess Abela għadu ma ħareġ l-ebda reazzjoni dwar dak li qal Gafa fil-Qorti fl-istess seduta… jiġifieri li hu kien qed ‘isalva l-ħajjiet tan-nies’ b’referenza għall-immigranti li jitilqu mil-Libja, u baqa’ ma qalx jekk kienx mgħarraf b’dan l-arranġament.

Robert Abela kien l-avukat ta’ Gafa fiż-żmien meta Gafa tkeċċa mill-Ministeru tas-Saħħa mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.