Lokali

Sewwieq ieħor ta’ mutur iweġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Fleur-de-Lys

Sewwieq ta’ mutur, raġel ta’ 45 sena minn Birkirkara, weġġa’ wara li kien involut f’inċident ta’ traffiku fi Fleur-de-Lys.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.35am qrib ir-roundabout ewlenija fid-direzzjoni lejn il-Ħamrun fejn, għal xi raġuni, il-mutur kien involut f’ħabta ma’ karozza.

Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda feriti, għalkemm mhux eskluż li ngħata l-ewwel għajnuna fil-post minħabba x-xokk li ġarrab.

Min-naħa l-oħra, is-sewwieq tal-mutur ittieħed b’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.