L-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski se jdum barra mill-azzjoni għal madwar erba’ ġimgħat barra mill-azzjoni. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali, il-klabb Ġermaniż qal li l-plejer kiser it-tibia, qrib l-irkoppa tax-xellug, waqt ir-rebħa ta’ 3-0 kontra Chelsea l-Erbgħa.
Il-plejer ta’ 31 sena li skorja fi Stamford Bridge kien eżaminat mill-uffiċjal mediku ta’ Bayern Munich ilbieraħ. Hu se jkun qed jibda r-rijabilitazzjoni wara għaxart ijiem. Lewandowski qed ikollu staġun mill-aqwa b’39 gowl skorjat minn 33 logħba fil-kompetizzjoni kollha. Fosthom hu skorja 11-il gowl f’sitt logħbiet fil-UEFA Champions League kif ukoll 25 gowl fi 23 logħba fil-Bundesliga.
Din l-aħbar hi aktar daqqa ta’ ħarta għall-kowċ Hansi Flick. Bayern bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-Bundesliga, punt fuq Leipzig u erba’ punti fuq Borussia Dortmund.
//= $special ?>