Lokali

Anzjan l-isptar wara li ppruvaw jisirquh

Ritratt mill-Arkivji

Anzjan ta’ 72 minn Ħal Qormi qiegħed isofri minn feriti gravi wara li tliet persuni aggredewh huma u jippruvaw jisirquh.

It-tliet persuni ħarbu minn fuq il-post mingħajr ma serqu xejn.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fil-23.00 fi Triq Santa Katarina f’Ħal Qormi. Il-Pulizija sabu lill-anzjan midrub waqt li sejħu l-assistenza medika. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ftit tal-mumenti wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Il-Pulizija għaddejja bi tfitxija għall-aggressuri.

Ikkummenta