Lokali Parlament

Ebda stqarrija ministerjali wara s-summit dwar il-fondi li se tieħu Malta mill-UE

Il-poplu għandu dritt ikun jaf x’irriżulta minn dan is-summit

Il-Prim Ministru Robert Abela llejla kiser regola tal-parlament u anqas milli jagħmel stqarrija ministerjali fl-ewwel seduta parlamentari wara summit tal-UE.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fil-parlment li l-Prim Ministru kiser ir-regola li wara summit dwar il-fondi mill-UE għax il-Prim Ministru mhux fil-Kamra biex jagħti stqarrija ministerjali.

Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield qal li l-Prim Ministru diġà ddikjara li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u se jagħmel stqarrija ministerjali meta jħoss il-bżonn.

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li dak li ġara fis-summit tal-UE hu ta’ importanza nazzjonali u l-Kamra għandha tisma’ lill-Prim Ministru u mhux lill-whip Laburista . Il-poplu għandu dritt ikun jaf dwar dak li seħħ fis-summit, sostna David Agius.