Lokali

Fejn ser tkun qed issir il-kwarantina?

Li kieku l-Isptar San Luqa ma tħalliex jitmermer u jaqa’ biċċiet ….u bla investiment li suppost kellu jsir mill-privat, dan seta’ jkun utilizzat bħala sptar ta’ kwarantina f’każ ta’ bżonn.

Iddikjara dan it-tabib Frank Portelli, li waqt il-programm Net Live staqsa x’se jiġri jekk f’Malta jidħol il-Coronavirus.

Pajjiżna, bħal kull pajjiż ieħor, mhux eskluz milli jintlaqat minn kriżi medika kawża ta’ infezzjonijiet tant li fil-passat konna f’sitwazzjonijiet fejn kien hemm bżonn li ssir il-kwarantina. Tant hu hekk li anke fil-passat pajjiżna kellu l-isptar tal-Lazzarett, fuq Manoel Island, li kien jintuża għal dan l-iskop fi żmien il-pesta. Illum, pajjiżna jista’ jaffordja biss ftit sodod biex iservu ta’ kwarantina.

It-tabib Portelli appella biex ikun hemm ittestjar serju, u mhux il-barranin jitħallew jidħlu f’Malta bla ebda problema.