Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara inċident fl-Imrieħel

Raġel ta’ 52 minn Ħal Qormi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident bil-karozza tiegħu fil-by-pass tal-Imrieħel.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am, hekk kif kien hemm ħabta bejn karozza tat-tip Suzuki Wagon li kienet misjuqa mir-raġel u vettura oħra tat-tip Land Rover li kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena li tgħix ir-Rabat.

Fil-post issejħu l-Pulizija kif ukoll tim mediku li ħadu lill-Qormi lejn l-isptar fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.