Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna llejla ħarab milli jwieġeb dwar il-€5 miljuni li ħa l-uffiċjal ta’ Vitals Ram Tumuruli f’allowance mill-kumpanija u dwar jaqbilx li l-kuntratt dwar l-isptarjiet ikunx kanċellat biex l-isptarijiet jirritornaw għand il-poplu Malti.
Kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li fil-parlament staqsa lill-Ministru tal-Finanzi jaqbilx li Ram Tumurilu ħa €5 miljuni, x’passi ħa dwar dan u jekk jaqbilx li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat qed jipproponi li jerġa’ jinnegozja ma’ Steward Health Care.

Il-Ministru tal-Finanzi Edwrad Scicluna qal li l-procurement tal-gvern jagħti lok għal konċessjonijiet pubbliku li ma jgħaddux mill-Ministeru tal-Finanzi iżda mill-ministeru direttament. Hu qal li hu la qatt iltaqa’ u lanqas iddiskuta ma’ Tumuruli u spjega li d-due diligence u side letters kienu possibbli u saru skont il-liġi tal-pajjiż.
Il-Ministru tal-Finanzi qal li jidher ċar li l-parti l-kbira mill-kontijiet awditajti u li ġew approvati mill-parlament kienu salarji u consumables li l-gvern kien se jonfoq. Intefqu €54 f’pagi u hemm €5 miljuni f’rimenurazzjoni iżda jien mhux se nidħol… mhux se nkunu impressjonati bit-telf meta dawn għaddew lil ħaddieħor, sostna l-Ministru tal-Finanzi, li kompla li l-gvern qed iżomm il-parti tiegħu tal-ftehim waqt li Steward għandhom iżommu l-parti l-oħra.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa jekk il-Ministru tal-Finanzi jaqbilx li l-kuntratt dwar l-isptarijiet ikunx kanċellat.
Il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li hu kien ċar fuq dan.
//= $special ?>