L-ogħla qorti fil-Ġermanja warrbet liġi ta’ ħames snin li tipprojbixxi s-suwiċidju assistit bil-mezzi professjonali u li issa ġiet dikjarata ‘mhix kostituzzjonali’. Il-qorti ewlenija b’hekk appoġġjat l-ilment minn grupp ta’ pazjenti bil-mard terminali u tobba li sfidaw liġi li dikjarat ‘il-promozzjoni kummerċjali tas-suwiċidju assistit’ bħala reat kriminali.
Filwaqt li l-imwiet assistiti snin ilu kienu legali fil-Ġermanja, il-bidla fil-liġi wasslet biex persuni b’mard terminali jmorru l-Iżvizzera u l-Olanda biex ikunu suġġetti għall-proċessi li jtemmulhom ħajjithom. Iċ-ċentri għall-pariri li kienu qed jaħdmu fil-Ġermanja sal-2015 kellhom jieqfu minħabba s-sogru ta’ reat relatat għall-‘promozzjoni tas-suwiċidju’ u li kien iġorr sentenza ta’ ħabs mhix speċifikata.
Il-liġi (qabel l-aħħar digriet mill-ogħla qorti) kienet maħsubha biex tevita li individwi jew gruppi jwaqqfu n-negozji li bihom jgħinu lin-nies li riedu jmutu għal ħlas.
Il-projbizzjoni, f’termini prattikabbli, irrigwardat l-assistenza għal każi ta’ individwi morda li ma xtaqux jibqgħu jgħixu – u waqt li Andreas Vosskuhle, il-kap tal-qorti kostituzzjonali fil-Ġermanja, qal li l-Parlament Ġermaniż kapaċi jgħaddi l-liġijiet biex jevita każi ta’ suwiċidju, dan il-Parlament mhux intitolat biex jaffettwa l-kriterji ‘għal-libertà mill-konsegwenzi inġurjużi’ ta’ suwiċidju assistit.
//= $special ?>