L-Erbgha beda l-perijodu tar-Randan… 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Ma’ Net News, Fr Charles Tabone spjega l-importanza li f’dan iż-żmien nersqu iktar lejn Alla permezz tat-talb u s-sawm.
Kemm f’Ras ir-Randan kif ukoll fil-Ġimgħa l-Kbira, dawk kollha fl-eta’ ta’ bejn it-18 u s-60 sena għandhom dmir li jsumu, barra dawk li huma skużati. Il-Knisja Kattolika theggeg anke lill-adoloxxenti sabiex jaghmlu xi forma ta’ sagrificcju.
Il-Knisja tħeġġeġ ukoll lill-Insara kollha sabiex jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali, jaqraw il-Kelma t’Alla kif ukoll jieħdu sehem fis-sagramenti.
Fr Charles jgħidilna li fuq kollox, huwa obbligu tal-Insara li f’dawn l-40 jum jersqu iktar lejn Alla.
U f’dan il-jum, l-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, iċċelebra l-Quddiesa ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fis-6:30 p.m. Il-Quddiesa inkludiet t-tberik u t-tqegħid tal-irmied.
Il-Knisja ssostni li l-Erbgħa tal-Irmied hi festa Kattolika importanti u għalhekk għandha tibqa’ tkun iccelebrata b’devozzjoni.
//= $special ?>