Lokali Saħħa

“Kull m’għandna 14-il sodda” – Paul Pace

Il-President tal-MUMN Paul Pace insista tul il-programm Magħkom fuq Net TV tal-bieraħ li għalkemm il-Gvern ftaħar li ninsabu preperati f’każ li jfeġġ il-Coronavirus f’pajjiżna, dan il-ftaħir huwa biss għal 14-il sodda.

“Meta nsemmu l-IDU u l-ITU qed insemmu 14-il sodda…. il-ftaħir kollu li aħna preparati jfisser li kull m’għandna 14-il sodda… “

Huwa qal li jekk tidħol il-Coronavirus mhux 14-il sodda għandek bżonn iżda ammont raġenovoli. Hekk biss ikun hemm serħan il-moħħ.

“Pjan serju … kien li niddentifikaw sptar ieħor, post alternattiv, fejn ikollna numru kbir ta’ infermiera mħarrġa, u dawn mhux tal-ITU jew l-IDU, imma infermiera oħra, fejn meta jkollna bżonn aktar sodod, għandna fejn għandna mmorru”.

Jekk allaħares qatt ikollna numru kbir ta’ persuni infettati b’dan il-virus, il-President tal-MUMN insista li l-infermiera mhux mistħarrġa, u din hija inkwetanti ħafna.